“Ma Stajtx Nitlob Omm Aħjar” – Sheron B’Messaġġ Mimli Mħabba F’Għeluq Snin Ommha

Illum huwa jum speċjali għall-omm ta' Sheron, hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha. F'din l-okkażjoni, Sheron qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn esprima l-apprezzament u l-imħabba kbira li jħoss lejn ommu.

B'ton emozzjonanti, beda billi awguralha, "Happy Birthday lis-sabiħa ommi… l-Alexa personali tiegħi," b'referenza umoristika għar-rwol importanti li għandha f'ħajtu. Sheron kompla jikteb li hemm nies li jġorru piżijiet li ħadd ma jara, filwaqt li qal li l-"bagalji" li ġarret ommu qatt ma kienu ħfief. Minkejja dan, hija dejjem affrontat l-isfidi b'saħħa, dinjità u mħabba bla qies, u baqgħet tqiegħed il-bżonnijiet ta' kulħadd qabel tagħha.

Huwa rringrazzjaha tal-appoġġ kontinwu u tas-sagrifiċċji li għamlet tul is-snin, anke meta kienet twarrab il-mistrieħ tagħha biex tkun hemm għalih. "Namira s-saħħa, ir-reżiljenza u l-kuraġġ tiegħek aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Tassew ma stajtx nitlob omm aħjar," kiteb Sheron.

Temm il-messaġġ tiegħu b'awgurju mill-isbaħ, fejn esprima t-tama li llum il-ħajja tagħti lura lil ommu ftit mill-imħabba li qattgħet ħajjitha kollha tagħti lill-oħrajn. Minn hawn ningħaqdu wkoll ma' dawn l-awguri u nawgurawlha għeluq snin mimli saħħa, ferħ u ħafna mumenti sbieħ mal-għeżież tagħha.

Ritratti:

Facebook / Sheron

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI