Il-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta b’ton ta’ rabja oġġezzjonaw għall-imġieba li qed isseħħ quddiem din l-istess knisja.
Fuq il-paġna uffiċjali spjegaw, “Ilna snin noġġezzjonaw fuq storbju, nuqqas ta’ aċċessibiltà u nuqqas ta’ diċenza viċin il-Knisja tagħna, ilkom snin tafu li l-imwejjed u s-siġġijiet fit-taraġ huma illegali.”
Huma kitbu dwar xena partikolari li assolutament ma qablux magħha minħabba li turi diżrispett lejn Alla u s-sagrament innifsu, “Mara kważi għarwiena, imħallsa minn wieħed mill-istabbilimenti biex tattira l-ftit klijenti, titmiegħek mal-istess ħadid li l-għada filgħodu jmissuh b’idejhom in-nies hekk kif jinżlu fil-knisja tagħna. Dan iseħħ fil-preżenza ta’ tfal li jkunu għaddejjin mal-ġenituri tagħhom minn dawk l-inħawi.”
Il-kummenti qablu magħhom u wrew dispjaċir li dan l-aġir u tip ta’ żfin qed isir mal-ħadid tal-knisja stess, li suppost hi d-dar ta’ Alla.
X’taħsbu dwar dan?
Facebook / Knisja Ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta