Jidher li llum wieħed għandu jistenna ftit inqas każi minn dawk li nstabu lbieraħ. Il-paġna ta’ Gerald Fenech ħabbret dan ftit tal-ħin ilu. Hu qal li llum taf ikun hemm xi 92 każ ġdid iżda minnhom taf ikun hemm ukoll persuna li qed jagħmlu t-test biex jaraw għadhomx pożittivi għall-Covid-19.
Jidher li r-rata ta’ kemm l-infezzjonijiet qed jinfirxu f’Malta hija madwar 1.5. Dan ifisser li żewġ persuni qed jgħaddu l-virus lil tliet persuni. Il-Professur Charmaine Gauci dejjem wissiet li dejjem ikun ideali li dan in-numru jinżamm taħt il-wieħed sabiex tibda tonqos il-firxa ta’ dan il-virus.
Aktar tard illum, fin-nofssiegħa joħroġ in-numru uffiċjali fuq il-paġna Saħħa.