Skont il-profil ta’ Frank Portelli, illum għandna nistennew inqas każijiet pożittivi għall-Covid-19 minn dawk li nstabu lbieraħ. Ilbieraħ in-numru kien ta’ 106 u fiequ 108 persuni. Il-fatt li madwar ħmistax ilu konna qed insibu numru verament għoljin ifisser li jekk illum jitħabbar numru inqas minn mija hemm ċans tajjeb li n-numru ta’ fejqan ikun ukoll wieħed għoli.
Jidher li l-miżuri li daħlu fis-seħħ ftit tal-jiem ilu qed jibdew iħallu effett pożittiv u l-firxa tal-każijiet ta’ Covid-19 nittamaw li bdiet tonqos. Huwa ferm importanti li wieħed iżomm mal-miżuri preżenti u kull fejn ikun jilbes il-maskra, jaħsel idu ta’ spiss u kemm jista’ jkun iżomm bogħod minn nies li ma jgħixux miegħu.