Se Jwasslu Tbissima Lit-Tfal Rikoverati Fl-Isptar Dan Il-Milied – Int Ukoll Tista’ Tagħti Sehmek!

Għar-raba’ sena konsekuttiva, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun se tkun qed torganizza inizjattiva mill-isbaħ biex twassal ftit ferħ lit-tfal rikoverati fl-isptarijiet matul il-festi tal-Milied.

Fis-26 ta’ Diċembru, membri tal-għaqda, flimkien mal-banda, il-Grupp Armar Festa u d-Direttur Spiritwali Fr. Franco Fenech, se jżuru lit-tfal fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Sir Anthony Mamo. Magħhom se jkollhom lil Father Christmas u lil Mother Christmas, filwaqt li l-banda se ddoqq għanjiet tradizzjonali u jitqassmu rigali lit-tfal u l-adolexxenti.

Biex din l-inizjattiva tkun suċċess, l-għaqda qed tappella lill-pubbliku biex jagħti ġugarelli, rigali addattati għal tfal u adolexxenti, jew donazzjonijiet ta’ flus. Kull kontribuzzjoni tista’ tgħin biex tinħoloq tbissima fuq wiċċ dawk li sfortunatament se jqattgħu dawn il-ġranet fl-isptar.

Dawk li jixtiequ jagħtu sehemhom jistgħu jikkuntattjaw lill-għaqda fuq 79000490 jew iżuru l-paġna ta’ Facebook Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun A.D. 1979 għal aktar tagħrif.

Ġest żgħir jista’ jagħmel differenza kbira, speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI