Malta Titlef Wieħed Mill-Aqwa Goalkeepers Victor Scerri!

Victor Scerri iħalli lil din id-dinja ta' 91 sena! Scerri kien leġġenda storika fil-futball Malti kif ukoll ikona ta' Sliema Wanderers. Ma' dan it-tim, Scerri qatta' 12-il sena jilgħab! 

Ta' 35 sena kellu aċċident fejn kellu ntemmet il-karriera tiegħu bħala plejer. Minn hawnhekk Scerri ddeċieda li jkompli f'dan il-qasam bħala kowċ. Fuq is-sit tagħhom, l-MFA qalu "Victor Scerri għall-dejjem se jibqa' mfakkar bħala leġġenda fil-futbol Malti, raġel li serva bħala plejer, kowċ u fl-amministrazzjoni f'karriera twila". 

"Il-kontribut li ta, tul il-ħajtu għall-futbol hija spirazzjoni għalina u għal dawk kollha li għandhom il-futbol Malti f'qalbhom". - MFA

Aħna minn qalbna nsellmu l-memorja ta' Victor Scerri! Strieħ fi Sliem! Il-Funeral ta' Victor se jsir nhar it-Tlieta, 6 t'Awissu f'Our Lady of Mount Carmel Parish Church, Balluta. Il-Quddies tibda fit-8.30 ta' filgħodu.

MFA 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI