TikToker sostniet li hi u ħabiba nżammu f’ajruport mid-Dwana Amerikana minħabba d-dehra tajba tagħhom, u qalet li kienu miżmuma għal madwar ħames sigħat qabel ma fl-aħħar ġew rilaxxati.
L-influencer Awstraljana Mikaela Testa, li għandha 2.2 miljun segwaċi fuq TikTok dan l-aħħar qasmet filmat li jispjega xi ġralha fl-Ajruport ta’ LAX, fejn allegat li xi uffiċjali ssuspettaw li ħi u ħabibtha kienu stripper.
Mikaela qalet li l-uffiċjal tad-dwana żgur “ħaseb li kienet prostituta jew escort qed tfittex li taħdem fl-Istati Uniti għaliex hemmhekk iħobbu jżommu tfajliet Awstraljani u jakkużawhom b’dan, sakemm jgħidu l-verità.”
Fortunatament, fl-aħħar mill-aħħar, Mikaela u l-ħabiba tagħha spiċċaw rilaxxati, għall-kuntrarju ta’ ħafna tfajliet li jispiċċaw mibgħuta lura d-dar mill-ajruport.
X’taħsbu dwar din l-istorja?