Mara Ta' 30 Sena Fost Il-Vittmi Tal-Covid-19 F'Pajjiżna – 192 Każ Ġdid!

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 192 każ ġdid wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,743 swab.

Il-gżejjer irreġistraw 185 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 18,905 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,508. Minn meta faqqgħet, Malta rreġistrat 21,724 każ u wettqet 687,984 test.

Matul l-aħħar 24 siegħa, żewġ persuni tilfu ħajjithom inkluż mara ta’ 30 sena. Dan ifisser li kellna l-iżgħar vittma f’Malta.

Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 24 ta’ Frar, 71,562 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 22,501 minn dawn kienu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI