Marc Martel, artist u mużiċist Kanadiż, li l-vuċi tiegħu tixbah ħafna lil dik ta’ Freddie Mercury! Proprju llejla dan il-kantant b’vuċi impekkabbli se jkun qed jagħti xow f’Malta!
Mingħajr dubju dan il-kantant se jkun qed jagħti xow memorabbli li wieħed mhux ta’ min jitilfu, speċjalment jekk il-mużika tal-grupp ‘Queen’ togħġbu. Naturalment Marc Martel se jkanta diversi kanzunetti ta’ ‘Queen’, fosthom ‘Somebody to Love’, ‘Bohemian Rhapsody’, ‘We Will Rock You’ u ‘We Are the Champions’.
Illejla Marc Martel se jkun qed ikanta fit-tieni edizzjoni ta’ ‘Rock The Fort’ fil-Birgu, faċċata tal-Forti Sant’Iermu. Dan il-kunċert se jkun b’risq ‘The Marigold Foundation’, li huwa ġest sabiħ ħafna. Gwida.mt tgħid prosit lill-organizzaturi ta’ dan il-kunċert, għal din l-inizjattiva hekk ġusta.
@ Marc Martel @ Rock The Fort celebrates QUEEN ft. Marc Martel