Mariella, Omm Corazon Bi Ftit Pariri Ta' X'Tista' Tagħmel Waqt Li R-Raġel Ikun Qed Isegwi L-Futbol!

Mariella, waħda minn dawk in-nisa li r-raġel tagħha jħobb jara xi partita futbol imma donnu hi ma tħobbx issegwi 22 raġel jiġru wara ballun. Jidher li lbieraħ kienet waħda mill-ġranet tal-futbol u Mariella malajr sabet kif tokkupa l-ħin u ħolqot lista ta’ għoxrin azzjoni li jekk int bħala u ma tħobbx il-futbol tista’ tgħaddi siegħa żmien tagħmel xi waħda minn dawn l-azzjonijiet. Hawn taħt għandkom il-lista li ħarbxet Mariella.

  1. Tgħodd il-minuti li fadal sa ma tispiċċa;
  2. Toqgħod tħares lejn saqajn il-players u tipprova taqta’ liema huma l-isbaħ;
  3. Tipprova tnessih li hemm il-logħba;
  4. Taħrab sal-kċina u tiekol ġelat ieħor;
  5. Titlob li t-team tiegħu jkun qed jirbaħ forsi jserraħ rasu u jorqod;
  6. Toqgħod tissindika fuq in-nies fuq FB;
  7. Tirreċta li tinteressak il-logħba;
  8. Taħsel l-art ta’ xi kamra;
  9. Taqra xi ktieb;
  10. Toqgħod tħit, għax il-ħoss tal-logħba u tal-magna tal-ħjata flimkien jagħmlu sinfonija;
  11. fittex fil-Google informazzjoni dwar xi player biex tarah jistagħġeb xħin turih kemm taf dwaru;
  12. Tgħidlu li tarah jixbah lil Ronaldo;
  13. Tilbislu night dress bil-kuluri tat-team tiegħu u tgħidlu li dawk il-kuluri favoriti tiegħek;
  14. Tiktiblu poeżija fuq it-team tiegħu;
  15. Titfi l-main tad-dawl taparsi hemm qtugħ ta’ siegħa u nofs;
  16. Tmur dawra bil-karozza;
  17. Tmur mixja u tgħodd kemm tisma’ ħsejjes ta’ televisions qed juru l-istess logħba;
  18. Iċċempel lill-ħabiba u toqogħdu teqirdu kontra l-football u l-irġiel li jarawh;
  19. Taħdem skufja bis-suf għal meta jmur jara logħba l-ground;
  20. Toqgħod tikteb lista bħal din waqt li titlob li tfittex tispiċċa l-logħba.

Insomma, kif tistgħu taraw fil-lista, Mariella tista’ tgħid ħasbet għal kollox! Lista varjata u mimlija b’affarijiet varji li int tista’ tagħmel flok tpoġġi ma’ żewġek u tara partita futbol. Insomma u jekk tpoġġi ħdejh ukoll sabet kif tgħaddi l-ħin! L-aħħar waħda għoġbitna għax naħseb jitfaċċaw xi ħames listi oħra! Prosit Mariella!

Facebook / Mariella Mizzi







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI