Marisa D’Amato: Mill-Mużika Country Għall-Kunsilliera Fiż-Żurrieq

Mingħajr dubju Marisa D’Amato m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni! Iżda din id-darba qed narawha f’xena kompletament differenti milli narawha fiha ssoltu. Dan għax ġiet eletta fil-kunsill lokali taż-Żurrieq!

Marisa D’Amato hija kantanta brava ta’ fama internazzjonali, li ilha fix-xena mużikali għal aktar minn 15-il sena. Saħansitra fl-2017 rebħet premju għall-aqwa album tal-mużika Country fl-Irlanda. Apparti minn hekk, kuljum tippreżenta programm fuq ir-radju. Barra minn hekk hija preżentattriċi tal-programm Country Jamboree li jidher fuq l-istazzjon ONE TV.

D’Amato qalet lil Gwida.mt li dan l-irwol il-ġdid tagħha huwa wieħed “differenti kompletament mill-kant, mir-radju u t-televiżjoni” imma tgħid li qed tħares “’il quddiem għal din ir-responsabbilità b’impenn.” Barra minn hekk, qalet li huwa importanti għaliha li tkun viċin in-nies għax dan jimmotivaha biex taħdem aktar. L-irwol ta’ kunsilliera se jgħinnha sabiex tkun tista’ tara l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tan-nies biex tgħinhom mill-aħjar li tista’.

Kull min jaf lil Marisa jaf kemm għandha għal qalbha ir-raħal taż-Żurrieq. F’post fuq Facebook hija rringrazzjat liż-Żrieraq kollha talli wrew il-fiduċja tagħhom fiha. D’Amato hija lesta biex taħdem għal ġid ta’ din il-lokalità tant għal qalbha. Gwida.mt jawgura lil Marisa u lill-kunsilliera kollha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI