Sarah Taqsam Aktar Ritratti Mill-Festin Fejn Fih, Hi U L-Maħbub Tagħha Daren, Qasmu Mument Speċjali Mal-Mistidnin Tagħhom

Just Sarah

L-influencer Maltija Sarah, magħrufa aktar fuq il-midja soċjali tagħha bħala ‘JustSarah’, reġgħet qasmet mumenti ħelwin mill-festin li organizzaw hi u l-maħbub tagħha Daren, fejn huma iċċelebraw l-għerusija tagħhom.

F’dan il-lejl speċjali, il-koppja żvelaw id-data tat-tieġ tagħhom u dawk kollha li ser ikollhom rwol importanti f’din il-ġurnata tant mistennija.

Huma xtaqu jagħmlu dan b’mod personali, intimu, u li jirrifletti tassew il-karattru tagħhom. Sarah spegat illi dak il-mument kien wieħed tassew speċjali, mimli emozzjonijiet, dmugħ, tgħanniq u memorji li ser jibqa’ magħhom għal dejjem.

F'post riċenti, Sarah iddeskriviet il-lejla bħala waħda mimlija memorji, li kemm hi, kif ukoll Daren ser jgħożżu għal ħajjithom kollha.

Sarah irringrazzjat ukoll lil dawk kollha li kienu preżenti u li aċċettaw li jkunu parti minn din il-ġurnata tant mistennija.

Nawgurawlkom ħafna imħabba f’dan il-kapitlu ġdid!

Ritratti: Facebook/Just-Sarah

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI