Mark Spiteri Lucas: Il-Kompożitur Ta’ Bosta Kanzunetti Mill-Isbaħ Kunsillier Fil-Belt Kapitali

Il-kunjom Spiteri Lucas hu wieħed marbut mal-mużika u mal-Belt Valletta. Dawk li jħobbu l-kanzunetti lokali żgur mhux forsi ġieli semgħu kanzunetti b’kompożizzjonijiet mill-aqwa u probabli l-aktar waħda famuża tiegħu tibqa’ Fejn Staħbejtli? li biha Ira Losco kienet rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza lura fl-2001!

Mark magħruf ukoll għal produzzjoni televiżiva The Entertainers fuq NET TV fejn ta’ kull nhar ta’ Sibt, ikollu bosta ta’ kantanti stabiliti mistiedna. Barra minn hekk jagħti opportunità lil kantanti ġodda fis-Singing Challenge waqt il-programm. Hu l-unika programm fejn il-kantanti għandhom opportunità jkantaw ma’ band lajv.

F’kumment esklussiv lil Gwida.mt dwar il-fatt li ġiet elett fil-kunsill lokali tal-Belta Valletta Mark qalilna li: “Huwa unur u privileġġ li erġajt ġejt ikkonfermat fil-kunsill lokali wara li fl-aħħar 3 xhur tal-leġislatura li għadha kif għaddiet servejt bħala kunsillier co-opted. Sa mill-ewwel ġurnata tiegħi għamilt mission statement ċar - għal BELTna. Hekk ħdimt u hekk bi ħsiebni nkompli naħdem. Għall-Beltin kollha bla distinzjoni.”

Kull min xi darba jew oħra iltaqa’ ma’ Mark jaf kemm għandu għal qalbu l-Belt kapitali! Kemm-il darba tisimgħu jitkellem fuqha b’passjoni kbira, l-istess passjoni li għandu għal mużika. Ċertament li l-Beltin għandhom kunsilliera fil-kunsill li verament jħobbu lil Belt Valletta. Ilkoll huma ulied din il-Belt u lesti li jservu għall-interess ta’ niesha u tagħna lkoll fl-aħħar mill-aħħar.

Facebook / Mark Spiteri Lucas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI