“Tant kburin bil-mod kif ittrattajna l-ammont esaġerat ta’ logħob tan-nar ilbieraħ. It-tarbija tagħna Marley normalment isir ultra anzjuż meta jisma’ l-logħob tan-nar. Ilbieraħ, ħejjejt lili nnifsi għall-agħar, għalhekk bl-ewwel splużjoni, xgħelna t-TV…”
Hu jispjega li għolloew il-volum tant għoli li n-nar ma bediex jinstema’ aktar. Matthew jkompli jgħid, “Kull meta t-TV ma setax jikkompeti…” Hu kien immur ħdejn Marley u jgħaddilu treat li jieħu gost bih. “Wara li rrepetejt dan 5 darbiet, Marley deher jidra l-maltempata tan-nar,” jistqarr Matthew James.
Hu jkompli jispjega, “Kburi bit-tifel tiegħi! Mhux ix-xjenza tar-rokits, u naf li kull kelb huwa differenti, imma jekk għandek klieb li jbatu minn ansjetà u li għandhom episodji ħżiena waqt logħob tan-nar, ta’ min tipprovawha! U ħafna imħabba, tgħanniq u togħrokilhom żaqqhom dejjem jgħinu.”
Jagħlaq billi jgħid, “Barra minn hekk, jekk jiġi xi ħadd jgħidlek qed tagħmel it-tniġġis tal-istorbju ħabba t-televiżjoni, għandek kull dritt tpinġilu mappa dettaljata ta’ fejn jista’ jmur jieħdu.”
Facebook / Lindsey Brincau