“Matul Il-Lejl Li Għadda, Il-Knisja Għexet Mill-Ġdid Il-Ġrajja Tas-Salvazzjoni Mhux B’Nostalġija Imma Għax Għadha Sseħħ Sal-Lum” – L-Arċidjoċesi Ta’ M

Il-paġna tal-Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta kitbet kelmtejn fut l-importanza ta’ dawn il-jiem speċjalment fil-ġrajjiet kurrenti.

Matul il-lejl li għadda, l-aqwa fost l-iljieli kollha, il-Knisja għexet mill-ġdid il-ġrajja tas-salvazzjoni, mhux b’nostalġija jew b’tifkira ta’ dak li ġara elfejn sena ilu, imma għax għadha sseħħ sal-lum,” huma kitbu.

“Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna fakkarna fil-21 martri tal-Libja, li għaxar snin ilu fuq ix-Xatt tal-Libja nqatlu mill-ISIS għaliex ma ridux isiru Musulmani. L-Arċisqof qal li l-fidi tagħna l-Kattoliċi trid tkun bħal tagħhom, ‘dejjem fidi ħajja, samma u li ma naqtgħu qalbna qatt u ma niċħdu qatt lil Ġesù’.”

“F’Sibt il-Għid, 19-il adult saru membi tal-Knisja hekk kif irċivew is-sagramenti tal-magħmudija, il-griżma u t-tqarbin. Nitolbu għalihom sabiex anke bl-għajnuna tagħna lkoll, ikunu xhieda tal-imħabba kontinwa tal-Mulej man-nies ta’ madwarhom.”

Facebook/L-Arċidjoċesi ta' Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI