Maxine Titlef Lil Ommha Bil-Kanċer U Tiftaħ Organizzazzjoni Biex Tferraħ Lil Tfal Morda

Waħda mill-ġurija ta’ Malta’s Got Talent, Maxine Aquilina fl-ewwel programm stqarret li kienet tilfet lil ommha. Ommha kienet tfisser ħafna għal din l-artista, iżda t-telfa t’ommha mlietha b’kuraġġ biex tgħin lil tfal morda bilkanċer.

Flimkien mal-ħabiba tagħha Angie ħarġu bl-idea ta’ Jays of Sunshine li bis-saħħa ta’ hekk qed igawdu ħafna tfal. "Sfortunatament kemm jien u anke l-kollega tiegħi Angie tlifna lil ommijietna bil-kanċer. Ridna li nagħtu xi ħaġa lura lill-komunità u b’hekk ftaħna Jays of Sunshine" tgħidilna Maxine. 

Din hi fondazzjoni  tagħmel festini u torganizza events lit-tfal u żgħażagħ li bħalissa għaddejjin b’xi trattament tal-kanċer. "Lil dawn nagħtuhom ukoll wishlist u nagħmlu mill-aħjar li nistgħu sabiex naqtgħulhom xewqithom u nagħmluielhom realtà" tgħid Maxine. 



Kien għalhekk li Maxine fil-programm tal-ġimgħa l-oħra kienet emozzjonatha waqt il-prestazzjoni ta' Warren Bonello. Maxine ftakret fi studenta li kienet marret tgħinha. 

Malta's Got Talent jibda dalwaqt fuq TVM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI