Memorja Bir-Ritratti Minn Kull Żmien Ta' Zep Camilleri

Kienu mijiet li kitbu messaġġ fejn ifakkru lil Zep Camilleri fi produzzjoni li kienu ħadu sehem miegħu. Kif ħabbarna fuq dan is-sit, l-attur u l-producer Zep Camilleri ħalliena lbieraħ. Zep ħa jibqa' mfakkar għall-ħafna produzzjonijiet li għamel kif ukoll għas-snin li għamel bħala għalliem tad-drama. Dawn huma uħud mir-ritratti li sibna ta' dan l-attur. 

Dan hu wieħed mill-ewwel ritratti ta' Zep. (Qiegħed fuq quddiem nett)

Hawnhekk Silvio (Zep) Camilleri flimkien mal-attriċi Maryann Muscat

Zep is-sena l-oħra daż-żmien niżel il-Belt Valletta liebes ta' wieħed xiħ u ħadd ma ndunna bih!

Ritratt ieħor fuq il-Palk taz-Zep mal-attur Duncan Azzopardi

Hawnhekk naraw lil Zep waqt il-produzzjoni Fight Back ma' John Montanaro 

Zep Camilleri waqt programm tat-tfal, 25 sena ilu!

Ritratt: MaryAnne Zammit

Mal-istudenti tad-drama tiegħu 

U Zep Camilleri jitkellem fuq is-serje L-Kerrejja.

Strieħ fi sliem Zep! L-aħħar tislima ser tingħata nhar it-Tnejn li ġej 29 ta' Lulju fil-knisja ta' Ġieżu, Rabat fit-3:30pm. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI