Ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni ta' Big Brother Jay saħaq li meta nantu kienet qed tiġġieled il-kanċer, b'xorti tajba sabet lil Puttinu li għenuha u tawha s-sapport kollu li kienet teħtieġ.
"Jgħinu ħafna familji u għalhekk inħeġġiġkom biex tagħmlu l-parti tagħkom," saħaq Jay hekk kif bħalissa għaddejja ġmielha l-maratona ta' Puttinu Cares fejn qed jinġabru fondi sabiex jinbnew iżjed appartamenti għal persuni li jkunu qed jirċievu l-kura, fost oħrajn.
Għadda wkoll il-kummenti tiegħu l-eks resident ta' Big Brother Sean li saħaq li "kull qatra tgħodd" u li għalhekk hu kemm hu l-ammont, kulħadd għandu jagħti donazzjoni sabiex jgħin lit-tant persuni li sfortunatament jiġu fil-bżonn.
"Xi darba jew oħra nista' nkun jien li ħa jkolli bżonn l-għajnuna u għalhekk ħaġa sabiħa li lkoll noffru l-għajnuna tagħna," temm jgħid Sean.
Prosit, Jay u Sean!
Ritratti: Facebook / Puttinu Cares u Big Brother Malta