Il-psikologu u sesswologu Dr Nicholas Briffa qasam kitba li tirrifletti fuq problema komuni fost ħafna. Spiss insibu rwieħna nevitaw li nitkellmu fuq l-emozzjonijiet tagħna jew inkella nipprovaw naħarbuhom, iżda nindunaw li dan ma jkunx possibbli, għaliex huma parti mill-ħajja.
Dr Briffa jikteb “Billi nivvalidaw, insemmu u nitkellmu dwar l-emozzjonijiet tagħna, noħolqu spazju biex l-uġigħ tagħna nagħtuh l-arja biex b’hekk inkunu f’pożizzjoni aħjar biex nindirizzaw u nfejqu l-feriti tagħna.”
Jispjega li “meta nipprovaw kontinwament nevitaw l-uġigħ, mingħajr ma’ nafu nkunu qed noħolqu aktar tbatija.” Għaldaqstant isostni li “huwa biss billi naffaċċjaw u nirrikonoxxu l-uġigħ tagħna li nistgħu verament nibdew il-proċess tagħna ta’ fejqan.”
Ġieli sibtu ruħkom f’sitwazzjoni simili?