Meta s-Sħana Tixroblek l-Enerġija – Kemm Ta' Ġismek Kif Ukoll Ta' Moħħok

Meta tagħmel sħana qawwija għall-ġranet fit-tul, ħafna drabi nħossuna għajjenin, nervużi jew bħal donnu kollox isir iktar diffiċli. Mhux biss ġisimna jbati – iżda anke moħħna jiġi affetwat.

Riċerka ppubblikata fil-Journal of Environmental Psychology turi li s-sħana żejda taffettwa l-konċentrazzjoni, il-paċenzja u l-kapaċità li nieħdu deċiżjonijiet. Il-moħħ jirreaġixxi għas-sħana bħal m’jirreaġixxi għall-istress – b’rata aktar mgħaġġla ta’ qalb, livelli baxxi ta’ attenzjoni u reazzjonijiet aktar emozzjonali.

Barra minn hekk, meta l-ġisem ikun qiegħed jikkontrolla t-temperatura interna, inqas enerġija tibqa’ għall-kompiti mentali jew emozzjonali. Hawnhekk jidħol dak li nsejħulu eżawriment mentali – għejja li ma titlaqx wara raqda jew kafe.

Anke l-burdata tinħass vulnerabbli. Studji sabu li ż-żieda fit-temperatura tista’ tkun marbuta ma’ livelli ogħla ta’ irritabbiltà u konflitti soċjali.

Filwaqt li ma nistgħux nibdlu t-temp, nistgħu nkunu konxji tagħna infusna: nibbilanċjaw il-ġurnata, nixorbu ħafna ilma u nagħtu spazju għal mistrieħ mentali.

Għax xi kultant, ix-xemx mhux biss taħraq il-ġilda – imma taffettwa wkoll kif jiffunzjona l-moħħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI