Lorinda Mamo mill-paġna A Bird With A French Fry ftit ilu kitbet dwar vjaġġ li kellhom lejn Londra, hekk kif Henry kellu bżonn jagħmel xi testijiet oħra u investigazzjonijiet mediċi. Minkejja l-ħsibijiet u l-istennija sakemm kollox joħroġ li hu tajjeb, Lorinda tgħid li lil binha xorta tieħu gost tarah igawdi l-mument.
“Mhix vaganza imma tifel ta’ 12-il sena għad għandu lista ta’ xewqat ta’ affarijiet li jixtieq jagħmel u jara, u sebħulu l-ġurnata meta l-ħaddiema tat-titjira… lemħu lil Henry jħares lejn il-kabina tal-pilota, u l-pilota stiednu jidħol.”
Lorinda ħadet lil binha Henry biex anke jżur il-postijiet favoriti tiegħu. “Kont eżawrita u filwaqt li ma ridt nagħmel xejn għax moħħi kien għajjien, qatt ma jiddispjaċini li nagħmel l-affarijiet la nistgħu. M’hemm l-ebda ħin aħjar minn issa…”
Prosit Lorinda u kuraġġ lilek u lil Henry!
View this post on Instagram