Il-koppja Sven u Gabby li kienu saru jafu lil xulxin fl-ewwel staġun ta' Love Island u saħansitra ikklassifikaw fit-tieni post, għadhom kif ħabbru li sfortunatament mhumiex ħa jibqgħu flimkien.
"Ma kinitx deċiżjoni faċli imma fiċ-ċirkostanzi naħsbu li aħjar hekk," stqarru l-koppja f'messaġġ emozzjonali fuq il-mezzi soċjali tagħhom. Huma saħqu li xorta waħda se jibqgħu ħbieb.
"Grazzi lil kull min dejjem tana s-sapport tiegħu," temmu jgħidu l-koppja b'turija ta' gratitudni hekk kif wara s-sehem tagħhom f'Love Island kisbu l-imħabba tal-poplu Malti.
Aħbar ta' diżappunt!
Ritratti: Facebook / Love Island Malta
Sors: Instagram / Gaby Cook u Sven Fabri