“Mhux Kull Intopp Nitfgħuh Fuq Facebook” – Clifford Galea B’Messaġġ Dwar Is-Saħħa Mentali U L-Pożittività

Clifford Galea qasam riflessjoni fuq il-midja soċjali fejn appella biex kulħadd jagħti sehmu biex titjieb is-saħħa mentali f’pajjiżna, filwaqt li saħaq fuq l-importanza li ma nxerrdux biss in-negattività. "Jekk irridu li s-saħħa mentali titjieb f’pajjiżna, irridu qabel kollox li mhux kull intopp nitfgħuh fuq Facebook," kiteb.

Huwa spjega li filwaqt li huwa importanti li wieħed jesprimi l-ħsibijiet, is-suġġerimenti u l-opinjonijiet tiegħu, kultant ikun hemm bżonn nirriflettu jekk inkunux qed nagħmlu dan iżżejjed. Clifford żied li l-bidla trid tibda minn kull wieħed u waħda minna. "Ma nistgħux biss nitolbu li ħaddieħor jagħmel xi ħaġa. Trid tibda mill-jien. Tgergir biss u negattività tiġbed iżjed negattiv."

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi fakkar li t-tixrid tal-pożittività ma jfissirx li wieħed jinjora l-problemi, iżda li jagħżel mod aħjar kif iwassal il-messaġġ tiegħu. "Billi xxerred il-pożittiv ma jfissirx li ma tagħtix kas jew li int moħħ frisk. Ftakru, li għal hawn m’aħniex u llum ġa għaddielna jum ieħor."

Ritratti:

Facebook / Clifford Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI