"Mhux Lili Jkunu Qed Imeru, Imma Lil Alla Stess! " Phyllisienne Brincat

Il-kantanta u preżentatriċi Phyllisienne Brincat ta' spiss tkun f'xi kontroversja dwar x'tkun qalet. Dan l-aħħar kien hemm ħafna min ikkritika dwar kumment li għaddiet fuq il-programm tagħha. Imma hi kif tħossha meta jikritikawha? 

"Gesù ipreparani għaliha. Li nħoss hu dieqa għalihom mhux għalija għax ikunu semgħu bil-verita’ li hi Kristu stess, u ma jkunux aċċettawha!" - Phyllisienne Brincat 

Żiedet tgħid ukoll li... "Jien dejjem naghti prova mill-bibbja allura mhux lili jkunu qed imeru, imma lil Alla stess! Jien fid-dmir li naħfer u li nitlob għalihom".

Mhux kull min jikteb jew jitkellem kontra Phyllisienne jibqa' jaħseb ħażin dwara. F'intervista li għamilna, din qaltilna.. "Fuq nota pożittiva ikun hemm minn dawn it-tip ta’ nies li anke wara snin jibgħatuli li bis-saħħa ta’ dak li nkun xandartilhom, ikunu daru lejn Kristu. Jien xogħli li niżra u l-bqija bejnhom u bejn Alla".

Phyllisienne Brincat tagħlaq il-kumment tagħha fuq il-kritika bl-aktar vers li joġgħobha mill-bibbja. "Biex nghid kollox din il-Kelma tqawwini wisq: [Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. [Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. [Mt:5:12] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom."

L-intervista ma' Phyllisienne Brincat tkompli ...

Phyllisienne / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI