Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qed toħroġ din l-istqarrija dwar l-għawm fil-baħar miż-żona ta’ Chalet Triq it-Torri,Sliema.
“Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba drenaġġ li sejjer fil-baħar miż-żona ta’ Chalet, Triq it-Torri, Tas-Sliema li jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali, bl-assistenza ta’ uffiċjali tal-Waste Water Unit fi ħdan il-Water Services Corporation, investigaw il-każ u f’qasir żmien ġie kkonfermat li s-sors ġej minn ħsara fis-sistema tad-drenaġġ ta’ stabbiliment privat li jinsab fil-viċinanza. Il-każ ser jibqa’ jiġi segwit mill-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Kodiċi tas-sit: B13 ħdejn is-Sliema pitch – B14 il-bajja ta’ Qui Si Sana
Lokalità: Triq it-Torri, Tas-Sliema.”