Raġel Ingliż bl-isem ta’ Michael Clarkson ilu rrappurtat nieqes mill-Ġimgħa. Clarkson, li jinsab Malta għal vaganza, għandu 74 sena u jbati minn perjodi fejn jinsa u ansjetà.
Clarkson deher l-aħħar f’Tas-Sliema wara li telaq għal mixja mil-lukanda tiegħu għall-ħabta tal-4pm. Sfortunatament, Clarkson ma rritornax. Huwa deher l-aħħar liebes jeans u hoodie skur bil-crest tar-reġiment tal-armata Duke of Wellington.
Michael u martu Barbara kienu qed jiċċelebraw il-51 anniversarju taż-żwieġ tagħhom flimkien mal-ħbieb tagħhom Jennifer u Peter Crowther, li lkoll ilhom ifittxuh f’Tas-Sliema minn meta għeb.
Dawk li għandhom informazzjoni dwar l-għajbien ta’ Michael Clarkson għandhom jikkuntattjaw lill-pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 2122 4001/119 jew fl-eqreb għassa tal-pulizija.
Times of Malta