“Miguel Mifsud Ftit Tal-Ġranet Ilu Rnexxielu Jsir L-Atleta Li Ġera L-Itwal Distanza Fl-Inqas Ħin Ġo Trakka Tal-400 Metru” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi kelmtejn dwar Miguel Mifsud li riċentament kiser rekord.

Huma qalu, “The Malta Records bi pjaċir tħabbar rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. Rekord assoċjat ma' sportiv ieħor li għeleb sfidi kbar f'ħajtu u llum qed iqajjem kuxjenza li l-isport huwa ferm isbaħ mill-vizzji. Miguel Mifsud ftit tal-ġranet ilu rnexxielu jsir l-atleta li ġera l-itwal distanza fl-inqas ħin ġo trakka tal-400 metru.”

Żiedu jgħidu, “Fil-ġirja li bdiet nhar is-Sibt 5 t'April u spiċċat il-Ħadd 6 t'April, bl-isem ta' '100 Mile Giving Back Run' b'risq Caritas Malta, Miguel ġera 100 mil (madwar 161 kilometru) f'ħin ta' 22 siegħa, 55 minuta u 44 sekonda. Il-preżentazzjoni tar-rekord saret ġewwa l-kumpless Teamsport, l-Iklin li huwa wieħed mill-isponsors ewlenin ta' Miguel.”

Qalu wkoll, “Tajjeb li nagħtu ħajr lil bosta sponsors oħra li qed jgħinu lil Miguel fl-isfidi tiegħu. Grazzi kbira lil The Mediterranean College of Sport, Best Deal Properties, Gemma Joe's, Boost, Nuun Malta, Brown's, Nduranz Malta, Greens Supermarket, Natural Bite, Chukkas, Maypole u XL8. Minn qalbna nawguraw lil Miguel aktar suċċessi fil-futur u lkoll kemm aħna kuntenti li ngħaqad ma' lista ta' sportivi oħra fil-kotba tar-rekords tagħna.”

Prosit kbira u awguri wkoll għall-futur!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI