“Milli Jidher Dan Ix-Xahar M'Hemmx Indikazzjoni Ta' Mewġiet Ta' Sħana” – Mid-Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Mid-Djarju tat-Timba fuq il-mezzi soċjali jiktbu, “Mill-ewwel jidher li dan ix-xahar m’hemmx indikazzjoni ta’ mewġiet ta’ sħana (heatwaves), u t-temp mistenni jibqa’ wieħed normali għas-sajf. Ovviament, qegħdin fis-sajf, għalhekk it-temp se jibqa’ sħun, imma hemm ċans tajjeb li ma jaqbiżx it-33°C.”

Ma’ dan iżidu, “Diġà għandna indikazzjoni wkoll tal-għarajjex – sħab li huwa stagjonali bħal-lum. Se jkollna ftit riħ sod, imma mhux ta’ tħassib. Riħ mill-Punent Majjistru sal-Majjistral se jserred sew u jkompli jżomm it-temperatura stabbli u friska. Xorta waħda, min jgħum in-naħa ta’ fuq għandu joqgħod attent għall-bnadar ħomor.”

Ħudu ħsieb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI