“Minħabba R-Regħba, Biex Tiffranka Erba’ Soldi, Tibni Binja Li Se Tiġġarraf Illum Qabel Għada” – L-Arċisqof Charles Scicluna

Fuq il-paġna tal-Arċjoċesi ta’ Malta, inxtered il-messaġġ tal-Evanġelju, u kelmtejn mingħand l-Arċisqof li jispjegawh iktar fid-dettall.

Kitbu, “L-Evanġelju tal-lum jitkellem dwar il-periklu tal-ġid li jinbidel f’regħba meta min hu responsabbli minnu mhux biss jużah għalih innifsu biss, imma jkattru billi jgħakkes lill-oħrajn.”

L-Arċisqof Charles Scicluna spjega “immaġina xi ħadd qed jibni post, u minħabba r-regħba ma jagħmilx l-ispejjeż neċessarji biex il-post ikun sigur. Minħabba r-regħba, biex tiffranka erba’ soldi, tibni binja li se tiġġarraf illum qabel għada. Dik is-saħta tar-rebgħa!” L-istess jgħodd għall-flus ġejjin mid-droga u l-użura, mill-inġustizzja u l-vjolenza fuq l-oħrajn. Dan hu ġid li jissarraf f’“nar ġol-but li jaħraqlek il-paċi ta’ qalbek” u li “jispiċċa jeqred u javvelena saħansitra lil qalbna stess”.





Huma spjegaw li l-Arċisqof żied jgħid: “Il-kwalità tal-ħajja mhix ġejja minn kemm għandek flus fil-bank; dik hija parti ċkejkna mill-kwalità tal-ħajja. Inti għandek qalb kbira li meta tara lil xi ħadd fil-bżonn tgħinu? Hemmhekk tiġi l-barka tiegħek.”

Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI