Għaddiet ġimgħa oħra u dan ifisser li resident ieħor irid jiġi evakwat mid-dar ta’ Big Brother Malta.
Filwaqt li għadhom iridu jitħabbru n-nominazzjonijiet abbażi tal-voti tar-residenti, s’issa nafu żgur li r-residenta Erika se tkun nominata wara li ġiet magħżula minn Josline minħabba sfida ta’ Big Brother.
S’issa kienu sitta dawk ir-residenti li ġew evakwati u dawn kienu Dwayne, Matthias, Donnah, Raisa, Kyle u Claire.
Lil min tridu taraw jiġi eliminat din il-ġimgħa?
Ritratti: Facebook / Big Brother Malta u TVMi