Min X’Aktarx Ikun Il-James Bond Li Jmiss Issa Li Daniel Craig Se Jirtira Mill-Parti?

Hekk kif l-aħħar film ta’ 007, No Time To Die jinsab fiċ-ċinema, Daniel Craig s ejkun qed jirtira mill-parti ta’ James Bond. Issa hemm tfittxija għal attur ġdid biex jieħu r-rwol ta’ James Bond.

Dawn huma wħud mill-atturi favoriti mias-segwaċii u l-produtturi tal-films:

5. Henry Cavill – Henry kien għamel provi għar-rwol ta ‘James Bond fl-2005 iżda ma ntgħażelx għax kien żgħir wisq. Issa huwa ta’ età perfetta u huwa wkoll attur mill-aqwa.

4. Idris Elba – Idris huwa wieħed mill-aktar atturi b’talent tal-ġenerazzjoni tagħna u kandidat perfett biex isir il-James Bond li jmiss. Huwa konxju li huwa fost l-iktar favoriti

3. Gillian Anderson – Din hija waħda kontroversjali, peress li ħafna huma kontra li mara ssir il-James Bond li jmiss. Imma x’hemm ħażin fiha? Gillian hija attriċi mill-aqwa u r-rwoli preċedenti tagħha juru li tista’ kun Jane Bond mill-aqwa

2. Tom Hiddleston – Għalkemm m’għandux l-istruttura fiżika ta’ Bonds preċedenti, Tom għandu biżżejjed talent u kariżma biex ikun Bond eċċellenti,

1. Tom Hardy – Tom huwa l-iktar wieħed iffavorit mad-dinja kollha li jsir il-James Bond il-ġdid. Il-lista tiegħu ta’ films ta’ azzjoni ta’ suċċess jagħmluh attur eliġibbli ħafna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI