"Mindu Kont Żgħir Kien Jaffaxxinani Kristu… Hector Kien Qalli Biex La Nikber Nagħmel Il-Parti Tiegħu" – Carlos Farrugia

L-attur Carlos Farrugia jistqarr li sa minn meta kien għadu żgħir kienet taffaxxinah il-figura ta' Kristu u kien għalhekk li meta kiber ħataf kull opportunità li ġietu sabiex jilbes ta' dan il-personaġġ li tant kien qanqallu interess.

F'intervista ma' MaltaDaily, Carlos isemmi li fost bosta li ħeġġewh sabiex jagħmel din il-parti kien hemm l-attur bravissimu Hector Bruno li qallu li meta jikber hu wkoll għandu jilbes ta' Kristu.

"Ridt li nsir naf kollox dwar Kristu tant li saħansitra mort l-Iżrael u żort il-postijiet kollha li huma msemmija fl-Evanġelju li fihom għex jew mar Kristu," spjega l-attur fejn stqarr li beda jidħol iżjed fil-fond ta' dan il-personaġġ storiku.

Lil Carlos rajnih jinterpreta numru ta' partijiet differenti tul is-snin biss madankollu dejjem jibqa' magħruf l-iżjed għall-ħiliet impekkabbli tiegħu fl-interpretazzjoni ta' Kristu.

Prosit, Carlos!

Ritratti: Facebook / Carlos Farrugia u Belt Valletta

Sors: Instagram / MaltaDaily

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI