Il-grupp taż-żeffiena Southville Dancers għadhom kif ħabbru fuq il-profil tagħhom dak li kienu qed jaħdmu fuqu dan l-aħħar.
Ċertament li l-entużjażmu ta’ dan il-familja ta’ żeffiena baqa’ hemm u ser jibqa’ ħaj fosthom. Apparti minn hekk f’dan il-messaġġ qalu li l-motto tagħhom mhux ser jinbidel “EXPERIENCE A UNIQUE LIFESTYLE”
Il-grupp ser ikkollu logo ġdid li jirrapreżentahom, liema logo li diġà ntgħoġob mas-segwaċi tagħhom. “17-il sena ilu, bdejna dan il-vjaġġ mill-isbaħ! Southville kienet idea li nbidlet f’realtà u eventwalment evolviet f’familja waħda ta’ żeffiena. L-esperjenza kollha li ksibna, il-mumenti uniċi kollha li qsamna flimkien u d-dedikazzjoni u x-xogħol iebes kollha biddlulna ħajjitna, L-ISTIL TAL-ĦAJJA tagħna.”
Southville iħabbru li din hi bidla li ser tkompli ssaħħaħhom u “minkejja għaddejjin minn dan iż-żmien diffiċli, aħna qegħdin hawn biex nibqgħu!”. Awguri mill-qalb lil Southville u ninsabu ħerqana għal aktar pjanijiet min-naħa tagħhom!