“Min-Nhar It-Tnejn Se Jibda T-Tqassim Bieb Bieb Ta’ 3 Pakketti Ta’ Face Masks” B’Xejn

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan mhux l-ewwel darba li ħaseb fir-residenti tiegħu waqt il-pandemija. Din id-darba se jerġa jibda jqassam il-maskri b’xejn!

Il-Kunsill żvela li: “Minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar se jibda t-tqassim bieb bieb ta’ 3 pakketti ta’ face masks għal kull residenza f’Ħal Balzan… It-tqassim ser isir biss bieb bieb.”





Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan żvela wkoll li ħa din l-inizjattiva grazzi għal fondi miksuba mir-Reġjun Ċentru.

Facebook/Ħal Balzan Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI