Jidher li l-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tinsab lesta biex terġa' tippreżenta skeda oħra ta' Kuxjenza, programm tan-nies u tal-istejjer umani. Programm li dejjem jagħti spazju għal ħafna nies biex jaqsmu l-istorja u l-esperjenza tagħhom.
Permezz ta' Kuxjenza, Maria tkompli titkellem ma' diversi mistiedna, u tqajjem kuxjenza fuq diversi suġġetti ta' tbatija. Tbatija li forsi t-telespettaturi jistgħu anke jirrelataw magħha.
Fuq il-paġna ta' Kuxjenza Maria kitbet, "Minn Ottubru li ġej jerġa' jibda Kuxjenza. Iktar dettalji dalwaqt." Żgur li tant telespettaturi jinsabu ħerqana jkomplu jsegwu aktar stejjer.
Facebook/ Maria La Barokka Muscat