Aħbar li żgur se ferrħet ħafna telespettaturi li kienu jsegwu s-sensiela Ta’ Gerit hekk kif ser tirritorna fl-iskeda ta’ TVM. Is-sensiela, li saret popolari ħafna mal-udjenza Maltija, tinsab ukoll fuq TVMi b’episodji miż-żewġ staġuni.
F’messaġġ indirizzat lill-udjenza, it-tim kollu ta’ Ta’ Gerit xtaq iwassal risposta dwar ir-ritorn tas-sensiela… iżda din id-darba ddeċidew li jħallu l-kliem f’idejn Gerit infisha.
“F’isem it-tim kollu ta’ Gerit, xtaqna nwasslulkom risposta… u ħallejna f’idejn Gerit infisha biex twassalilkom…”
Filmat li ppubblikaw fuq il-midja soċjali jeħodna quddiem il-bieb TA' GERIT, u minnufih din il-mara li tant serqet il-qlub ta' kulħadd, tagħti l-aħbar.
"Għaraftuni? Il-bieb reġa' nfetaħ. TA' GERIT mill-ġdid fuq TVM minn Ottubru li ġej, b'episodji ġodda," tgħid hekk kif tiftħilna l-bieb.
Ħerqanin?!