“Minn Qalbna Nirringrazzjaw Lill-Kumpaniji U Għaqdiet Kollha Tal-Karnival Li Din Is-Sena Tawna Spettaklu Mill-Isbaħ” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records urew gratitudni ma’ dawk kollha li tawna spettaklu sabiħ fil-karnival, fost l-oħrajn.

Huma qalu, “The Malta Records minn qalbna nirringrazzjaw lill-kumpaniji u għaqdiet kollha tal-Karnival li din is-sena tawna spettaklu mill-isbaħ.  Ilkoll naqblu li l-livell tal-Karnival f’pajjiżna qiegħed dejjem jogħla.  Prosit kbira lil dawk li għoġobhom jidħlu għall-isfida ta’ rekord nazzjonali assoċjat mal-Karnival: Lion Hearts Carnival Company, Beraq One Aim Carnival Company u Landa Carnival Company.  Prosit ukoll lil Josef Ciappara li ħoloq l-iżgħar karru tal-Karnival mekkanizzat u lill-iskola Primarja Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ li daħlet għar-rekord tal-itwal katina magħmula minn loom bands ikkuluriti li ħolqu atmosfera isbaħ fl-iskola.”

Żiedu, “Issa dħalna fiż-żmien taċ-ċaħda u s-sagrifiċċji għal dawk li jħaddnu r-reliġjon Kattolika. Żmien li jwassalna għall-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. The Malta Records diġà avviċinawna numru ta’ individwi u għaqdiet u kkonfermaw rekords magħna. Inħeġġu lil kull min hu interessat biex javviċinana u nkunu nistgħu ngħinuh ifassal il-parametri meħtieġa biex jitwaqqaf ir-rekord.”





Facebook/The Malta Records



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI