Miss Supranational Malta 2024 Qed Tistenna L-Ewwel Tarbija Tagħha Mal-Għażiż Maħbub Tagħha Jerome!

Ġimgħa mill-isbaħ għal Shania Degiorgio, Miss Supranational Malta 2023, hekk kif jumejn ilu ħabbret li aktar tard din is-sena se tkun qed tiggradwa, wara li temmet il-kors tal-Bachelor of Science (Honours) f’Radiography.





Iżda mhux biss, hi ħabbret li f’Diċembru ta’ din is-sena se tkun qed twelled lill-ewwel tarbija tagħha. Hi kitbet li hi u l-maħbub tagħha Jerome se jkunu qed iżidu mħabba ġdida fl-istorja tagħhom.

Jekk kollox imur sew, Shania se tkun qed tiggradwa f’Novembru u ftit ġimgħat wara f’Diċembru twelled. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha tqala mill-aqwa. Nawgurawlha ħafna saħħa, mħabba u kuntentizza.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI