Missier Steve Hili Jingħata L-Aħħar Tislima

Sfortunatament nhar is-Sibt li għadda missier Steve Hili ħalliena u dalgħodu ingħatatlu l-aħħar tislima. Steve Hili hu personalità li żgur m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni.

Aktar kmieni llum, fuq il-midja soċjali tiegħu, Steve tella’ x’qal dwar missieru waqt il-funeral. Huwa stqarr kemm missieru kien raġel twajjeb u mimli b’karatteristiċi sbieħ.

Pero Steve jgħid li missieru kien iktar minn hekk. Huwa semma’ xi memorji ħelwin li kellhom flimkien, li jixhdu kif kien jaġixxi missieru. Dawn l-azzjonijiet jixhdu kemm missieru kien raġel pożittiv, ferrieħi u mimli b’imħabba lejn il-familjari tiegħu.

Fl-aħħar Steve jgħid li missieru kien maħbub minn kulħadd. Uħud jgħidu li wieħed ma jistax jintesa għal dejjem jekk matul ħajtek tkun persuna tajba u li għamilt il-ġid.

Għal Steve din hija xi ħaġa sabiħa mmens! B’hekk George Hili żġur li se jibqa’ fuq fomm in-nies għal żmien twil! It-tim ta’ Gwida.mt jgħaddi l-kondoljanzi lil Steve Hili u l-familja kollha tiegħu.

Facebook / Steve Hili

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI