Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Malta Corretional Services Agency, inkiteb messaġġ għal Sr Maria Adele Baldacchino, li tkun hemm għal dawk kollha li qed jiskontaw is-sentenza tagħhom ġewwa Kordin. Hi tkun ta’ appoġġ, tama, u kuraġġ għalihom f’dan il-perjodu iebes.
Sr Maria Adele rebħet anke premju b’apprezzament lejn il-ħidma prezzjuża tagħha.
“Għal għexieren ta’ snin hija għaddiet mill-gradi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’missjoni waħda: li tfakkar lil dawk li jinsabu l-ħabs li xorta bnedmin b’dinjità, tama, u l-possibbiltà ta’ bidla. Permezz tas-smigħ, il-kompassjoni, u l-preżenza kwieta, hija saret sors ta’ faraġ għal ħafna li ħassewhom minsija. Għal għadd kbir ta’ persuni fil-ħabs, hija ma kinitx biss viżitatriċi. Kienet omm.”
Prosit Sr Maria Adele tal-ħidma kbira li dejjem wettaqt.