Fuq il-paġna Aġġornament tat-Temp, ġie ppubblikat fid-dettall is-sitwazzjoni tat-temp fil-gżejjer Maltin, fejn jidher li ħa naraw temp imsaħħab u xi ftit xita wkoll.
"Temp previst għal din il-ġimgħa li ġejja. Bħalissa hemm xi sħab ġol-punent majjistru li ta xi raxxa xita bejna u Sqallija. Xejn aktar. Però nhar it-Tlieta filgħaxija, firxa ta' pressjoni baxxa ser iġġib magħha Temp instabbli."
Għada ħa jkollna temp ftit imsaħħab u jaf ikun hemm xi xita lokalizzata. b'riħ Ilbiċ forza 3. It-Tlieta sal-Ħamis għandna nistennew it-temp imsaħħab ukoll. Fi tmiem il-ġimgħa, nibdew mill-Ġimgħa, apparti temp imsaħħab mal-jum, hemm possibilità ta' xita matul il-lejl.
Nhar il-Ħadd għandna nistennew temp ftit imsaħħab u anke b'xi xita matul il-jum. Ir-riħ fil-ġimgħa li ġejja msemmi li jkun Forza 3.