Il-paġna lokali Maltese Islands Weather ħabbret it-temp previst minn għada l-Ġimgħa sa nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ottubru. Kollox jindika li għada l-Ġimgħa mistennija x-xita, filwaqt li s-Sibt il-maltemp jidher li ħa jmur għall-agħar b’aktar maltemp previst bir-ragħad.
Mill-Ħadd it-temp mistenni li jibnazza u jeqleb għall-aħjar biex dak li jkun igawdi l-aħħar jum ta’ tmiem il-ġimgħa qabel it-Tnejn kulħadd jirritorna għax-xogħol u għall-iskola. Ir-riħ jidher li ħa jibqa’ riħ fuq għal tul is-sitt ijiem li ġejjin u t-temperatura massima mistennija li tilħaq id-29 grad filwaqt li l-inqas temperatura mistennija tkun ta’ 20 grad.
Żgur temp li mdorrijin bih fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru, temp tal-istaġun tal-ħarifa.