Aktar ma jgħaddi aktar qed nitfgħu ħarsitna fuq x’qed jgħidu l-politikanti jew xi nies ċelebri, u l-attenzjoni tagħna ftit li xejn qed intuha lil dawk ta’ madwarna. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Clifford Galea tkellem dwar dan.
Beda billi qal, “Nipprova nisma' dejjem, nifhem u fejn nista' ngħin, kif ukoll inwieġeb ċar u bla tamiet fierħa fejn ma nkunx nista' ngħin. Irrelevanti kontx kandidat, kontx kunsillier, ħiereġ jew le (m'inix). Li nisimgħu lil xulxin b'attenzjoni vera, qed issir rari.”
Kompla billi żied jgħid, “Mhux il-politiċi imma aħna bejnietna. Moħħna fil-politiċi biss u aħna bejnietna qas għandna sabar nagħtu ftit ħin lil xulxin. Il-jum it-tajjeb.”
Facebook/Clifford Galea