“Mqabba 5K Għaddiet, U Ħalliet Warajha Mhux Biss Tiġrija, Imma Mewġ Ta’ Solidarjetà” – Bjorn Formosa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa qasam messaġġ rigward l-Mqabba 5k li ħalliet warajha ħafna ġid.

Hu beda billi qal, “6,000 ewro għal ALS Malta+… u għall-pazzjenti kollha! Għalkemm jien ma nistax nimxi… intom mxejtu għalija u għal ħafna oħrajn. Il-Mqabba 5K għaddiet, u ħalliet warajha mhux biss tiġrija, imma mewġ ta’ solidarjetà.”

Kompla billi żied jgħid, “Grazzi mill-qalb lil kull min ġera, sponsorja, organizza, u appoġġja lill-fondazzjoni tagħna. Kull pass tagħkom wasal għandna. Narawkom is-sena d-dieħla – u sakemm nerġgħu niltaqgħu… Miegħek Jien!”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ngħidu prosit kbira lil dawk kollha involuti!





Facebook/Bjorn Formosa 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI