Mużika, Divertiment U Attivitajiet Għat-Tfal Waqt ‘Legends On The Promenade’ Fil-Gżira

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira jorganizza Legends on the Promenade b’lejla ta’ mużika u divertiment għall-familja kollha. Il-Kunsill Lokali tal-Gżira qed jistieden lill-pubbliku għal serata spettakolari mimlija mużika, divertiment u attivitajiet għall-familja kollha waqt l-avveniment Legends on the Promenade.

L-attività se ssir nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2026, mis-19:30 sal-23:00, fix-xatt tal-Gżira, fejn dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità jgawdu minn programm varjat ta’ divertiment f’atmosfera mill-isbaħ. Fost l-artisti li se jagħtu wirjiet matul is-serata hemm Josuel Grech & Geos, Claudia Faniello u Fabrizio Faniello, filwaqt li l-avveniment se jkun ippreżentat minn Ryan u Josmar.



Minbarra l-mużika live, il-familji u t-tfal se jkunu jistgħu jipparteċipaw f’diversi attivitajiet ta’ divertiment, fosthom walkers fuq stilts, spettaklu bil-bżieżaq, tpinġija fuq l-uċuħ, artiġjanat u logħob għat-tfal. Legends on the Promenade qed isir grazzi għall-Kunsill Lokali tal-Gżira, bl-appoġġ finanzjarju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.



L-organizzaturi qed iħeġġu lill-pubbliku biex iġib miegħu lill-familja u lill-ħbieb sabiex flimkien igawdu lejla maġika mimlija mużika, divertiment u memorji sbieħ fuq il-promenade tal-Gżira.



Ritratti:

Facebook / Gzira Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI