Jiċċelebra għeluq sninu attur ieħor, li konna narawh jinterpreta l-karattru maħbub ta’ Terence waqt Klassi Għalina. It-tim ħa ħsieb jawguralu f’dan il-jum speċjali.
“Illum Birthday ieħor, din id-darba nagħtu l-awgurju tagħna lil Trevor Mizzi, l-attur li jinterpreta l-parti ta’ Terrence, karattru li min jaf kemm nissel tbissima u kien parti mill-avventuri kollha ta’ Klassi Għalina. Awguri Trevor mingħand it-tim kollu.”
Ċertament li l-karattru li ħadem ta’ Terence jibqa’ fost l-iktar favoriti mal-Maltin u l-Għawdxin. Awguri Trevor!
Facebook/ Klassi Għalina