Facebook m’għandhiex iżda b’xi mod jew ieħor aħna ta’ Gwida.mt irnexxielna nsiru nafu kif qed iħossha u x’għandha xi tgħid Josephine Zammit Cordina llum f’għeluq sninha!
Fil-fatt ikkuntattjajna lil binha l-attur bravissimu Henry Zammit Cordina u għaddielna messaġġ mill-isbaħ mingħand ommu, fejn irringrazzjat mill-qalb lil kulħadd għax-xewqat sbieħ. Josephine tinsab ferħana mmens bir-rispett u l-imħabba enormi li għandkom lejha u għaldaqstant xtaqet turi l-apprezzament tagħha!
“Ninsab verament ferħana u kommossa ta’ kemm irċevejt telefonati, messaġġi , kummenti u likes f’għeluq snini llum. Nixtieq nirringrazzja lil kull min sab ftit mumenti biex jawgurali xewqat sbieħ.”
“Għalkemm issa ilni li nqtajt mix-xena tax-xandir, drama u palk, stajt napprezza kemm għad hawn nies li jirrispettawni u għadhom jiftakru ħafna mill-parteċipazzjonijiet tiegħi . Dan huwa ta’ sodizzfazzjon kbir għalija!”
“Grazzi wkoll tat-tislijiet mill-emigranti li jgħixu l-Awstralja, pajjiż li jibqa’ tant għal qalbi. Ma nistax ma nirringrazzjax lil Alla l-imbierek ta’ dak kollu li jagħmel miegħi. Għamiltuli Birthday li nibqa’ ngħożż – GRAZZI ĦAFNA!”
Minn qalbna nawguraw mill-ġdid l-isbaħ xewqat lil Josephine u napprezzaw dan il-messaġġ li għoġobha tħallilna. Grazzi anke lil binha Henry u lil kull min għen biex jaslilna l-messaġġ. Jekk tixtiequ tgħidulha xi ħaġa jew tawgurawlha f’għeluq sninha, iktbu fil-kummenti ta’ dan l-artiklu!