Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Romina Mamo, kantanta li rajnieha f’diversi festivals fosthom il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Hit Song Contest, u l-Malta Eurovision.
Lura fl-2010 kienet rebħet il-Malta Hit Song Contest 201 bil-kanzunetta Poison Ivy. Kisbet riżultati tajbin u rebħiet anke ġo festivals ta’ livell internazzjonali. Kienet nediet anke album sħiħ bl-isem ta’ Eyes On Me. Romina hi wkoll għalliema fi skola sekondarja.
Missierha Carmel Mamo, kien fost dawk li awguralha fuq il-midja soċjali. “Awguri mill-qalb f’għeluq sninek għażiża Romina. Nammirawk għad-dedikazzjoni lejn kulħadd b’mod speċjali għall-Prinċipessa tiegħek minkejja l-ħafna impenji. Nawgurawlek ħafna saħħa u dak kollu li tixtieq qalbek.”
Awguri minn qalbna Romina, f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt!