“L-Ikbar Kwadru Tal-Infjorata… Total Ta’ 4500 Fjura” – Malta Rekords Iħabbru Rekord Ġdid

Il-paġna uffiċjali ta’ The Malta Records ħabbret rekord nazzjonali ġdid.

Kitbu, “The Malta Records ilbieraħ konna preżenti waqt attività organizzata minn Kunsill Lokali sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar kwadru tal-infjorata magħmul minn grupp ta' persuni waqt attività organizzata minn Kunsill Lokali. Total ta' 4500 fjura, bl-ilwien li jvarjaw minn blu, ċilesti, bojod, ħomor, sofor, vjola, bordeaux u mustarda, mirquma f'disinn b'wisa' ta' 2.75 metri u tul ta' 4 metri.”



Żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf mill-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex, immexxi mis-Sindku Max Zammit, bil-għajnuna tal-Maestri Infioratori mill-Kunsill ta' Rocca Santo Stefano waqt l-attività Connecting Through Culture fix-Xatt ta' Ta' Xbiex. Il-Kunsill Lokali Ta' Xbiex u l-Kunsill ta' Rocca Santo Stefano ilhom ġemellati sa mill-2015.”

Qalu wkoll, “Minn qalbna nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex talli għoġobhom jistednuna għal dan ir-rekord impressjonanti u nifirħulhom għal din l-attività annwali li tiġbed lejha mijiet ta' nies mid-dinja kollha u ilha tiġi organizzata b'tant kobor għal dawn l-aħħar 10 snin.”

Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI