“Nawgurawlu Ġejjieni Mimli Mħabba u Kuntentizza.” – Is-Sindku Joseph Gatt U Martu Jgħidu S-Signor Si

Jiżżewweġ is-sindku

Il-kunsill lokali tal-Mosta fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook qasam post biex jifraħ lis-sindku Joseph Gatt u lil martu Joan, hekk kif qalu s-signor si. Mument speċjali hekk kif ser jibdew ħajja romantika flimkien.

“Nawguraw lis-Sindku Joseph Gatt u martu Joan Galleposo Bagarinao li llum ingħaqdu fiż-żwieġ! Nawgurawlu ġejjieni mimli mħabba u kuntentizza,” kiteb il-kunsill.

Kien hemm bosta li kkummentaw taħt ir-ritratt tagħhom miżżewġin u tawhom xewqat sbieħ.

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura mill-qalb lill-koppja futur mimli saħħa, hena, mħabba u kulma tixtieq qalbhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI